Connect with AIDAN & Stream 'Naħseb Fik' Naħseb Fik - ©WickedAndLoud Records / Believe Music Kif l-istorja ġiet magħluqa U l-istorbju mtela skiet Bħal l-għajta ta’ tarbija Li l-ħajja donnha bdiet Ser tarani għal dak li jien? Id f’id mal-ħmura ta’ kull filgħodu Inħares f’għajnejk u jdejja jirtogħdu Nimxu l-mogħdija fejn ninsew kull uġigħ Ser inkun qed nistenniek Kull sekonda naraha ġurnata Indur ma nafx x’ser insib Ħares dritt f’għajnejja Ħsibt f’dil-melodija U ktibtha bi tbissima Fir-rima ser insemmik Ħa tkun taf kemm sirt naħseb fik x2 Ħa tkun taf kemm sirt naħseb Jekk nimxu b’passi bħal tal-iljun Int l-ilma ġieri u jien il-vapur M’hemmx ħin mitluf Bik nagħlaq it-truf Ser ngħix, ħa nixgħel u mmut Mad-dija Xħin negħlbu l-mistħija Hawn mimli mħabba u tbatija Ċans wieħed biss illejla Ser inkun qed nistenniek Ku
Hide player controls
Hide resume playing